Salvaw Xtutna
Il-kampanja Salvaw Xtutna (SOS - Save Our Shores) tesponi l-konsegwenzi ambjentali u soċjali tal-industrija dejjem tikber tal-cruiseliners, tal-marini u tal-vapuri f'Malta. Il-kampanja tappella għal futur fejn il-komunitajiet li jgħixu ħdejn il-baħar u l-bijodiversità marittima jingħataw prijorità fuq żvilupp li mhuwiex sostenibbli.
Minħabba li Malta għandha l-ikbar reġistru tal-dgħajjes fl-Ewropa u hija destinazzjoni ewlenija għall-cruise liners, qed taffaċċja pressjonijiet dejjem ikbar mill-attivitijiet marittimi. Il-cruiseliners, superjottijiet, u bastimenti kbar oħra jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-arja, it-tniġġis tal-ibħra u l-istorbju. Fl-istess ħin, proposti għal espansjoni ta’ marinas lussużi u faċilitajiet privati għall-jottijiet qed jheddu l-aċċess pubbliku għall-kosta u l-baħar, u jkomplu jnaqqsu l-kwalità tal-ħajja tal-komunitajiet residenzjali.
B'hekk Salvaw Xtutna turi l-effetti tal-industriji marittimi fuq il-komunitajiet lokali permezz tar-riċerka ta' Julian Delia u l-fotografija ta' Darrin Zammit Lupi.
Permezz tal-kampanja Salvaw Xtutna, Friends of the Earth Malta laqqgħet flimkien residenti minn llokalitajiet ħden il-baħar u l-port f’laqgħat tal-komunità fejn ġew diskussi l-problemi u s-soluzzjonijiet possibbli. Flimkien ħloqna sett ta’ talbiet politiċi biex jifformaw petizzjoni fejn qed nitolbu aċċess pubbliku għall-kosta u l-baħar, protezzjoni mit-tniġġis, u restawr tal-ekosistemi marittimi.
01
L-EWWEL TALBA
Ipproteġu l-aċċess pubbliku għall-kosta u l-baħar ta’ Malta billi jiġi implimentat bis-sħiħ l-Att tad-Dominju Pubbliku tal-2016, jiġi evitat aktar privatizzazzjoni, u jiġu infurzati miżuri trasparenti kontra okkupazzjonijiet illegali.
02
IT-TIENI TALBA
Ippubblikaw data trasparenti dwar it-tniġġis mill-attivitajiet marittimi, implimentaw roadmap biex sal-2030 il-cruise liners kollha jingħaqdu mas-sistema shore-to-ship, u infurzaw regoli aktar stretti kontra l-emissjonijiet u t-tniġġis tal-baħar.
03
IT-TIELET TALBA
Irrestawraw u pproteġu l-ekosistemi tal-kosta u tal-baħar billi jippreservaw żoni naturali mhux żviluppati, jespandu ż-żoni protetti, u jimplimentaw pjanijiet ta’ ġestjoni effettivi li jnaqqsu l-impatti tad-dgħajjes, l-istorbju u t-tniġġis tad-dawl fuq il-bijodiversità u r-reżiljenza klimatika.
NISTGĦU NĠIBU BIDLA GĦALL-KOMUNITAJIET TAGĦNA U GĦALL-AMBJENT
Flimkien qed insejħu biex insalvaw xtutna, għall-ġid komuni, mhux għal dawk ftit sinjuri
endorsjata minn















NIEĦDU LURA SPAZJI PUBBLIĊI: MILL-LAQGĦAT MAL-KOMUNITAJIET SAL-WIRJA
Valletta and Floriana Community Assembly, September 2025.
Gozo Community Assembly, October 2025
Manoel Island Community Assembly in collaboration with Manoel Island: Post Għalina campaign, May 2025
Save Our Shores exhibition, 12 June 2026
Save Our Shores exhibition, 12 June 2026
Save Our Shores exhibition, 12 June 2026
L-ARTIKLI RIĊERKATIVI TA' JULIAN DELIA FUQ TIMES OF MALTA
Malta’s maritime industry is highly lucrative. Growing ship registries, profits generated in ship servicing, and rising cruise-liner passengers all contribute to ballooning economic growth statistics, making the sector especially attractive to politicians seeking to burnish their economic credentials with voters.
Our research shows that, over the past seven years, the Southern Harbour district was by far the most severely affected region in Malta in terms of respiratory illnesses. The Southern Harbour district consists of the 14 towns in and around the Grand Harbour area.
A crowded port dropping off never-ending streams of cruiseliner tourists and a public ferry system which shuttles people to and from Gozo have led to the additional hassle of gridlocked road networks in towns that were never designed to be able to withstand high traffic volumes.
Palumbo Shipyard and cruise liners
Photo: Darrin Zammit Lupi
Cruise ships pollution, Azura and Norwegian Epic (and Moon), Friend of the Earth Malta
Photo: Darrin Zammit Lupi
Photos around Marsascala and Birzebbuga for Friends of the Earth Malta
Photo: Darrin Zammit Lupi
Photos around Marsascala and Birzebbuga for Friends of the Earth Malta
Photo: Darrin Zammit Lupi
Trid tingħaqad MAGĦNA BIEX INSALVAW XTUTNA?
Ikkuntattjana fuq climate@foemalta.org
Appoġġjata minn


foemalta.org
